Aħna ngħinuk fit-tranżizzjoni lejn id-dinja ta' għada
The Green Hand hija konsulenza speċjalizzata fl-agrikoltura u s-settur rurali u li hija bbażata f’Malta u Brussell, fil-qalba ta’ l-istituzzjonijiet Ewropej. Il-kriżijiet ġeopolitiċi u finanzjarji riċenti ddisturbaw id-dinja rurali li hija konstantament tevolvi u tadatta. Pero dawn il-kriżijiet urew ukoll l-importanza strateġika u globali tas-setturi agrikoli u rurali. Il-konsulenza The Green Hand hija konvinta li s-settur rurali se jkollu rwol prinċipali fit-tranżizzjoni lejn il-futur, kemm f’aspetti ekonomiċi, politiċi, ambjentali u saħansitra ekoloġiċi. Aħna lesti li ngħinuk biex tirnexxi f’din it-tranżizzjoni.
X’noffru?
The Green Hand tipprovdilek għajnuna esperta fil-qasam agrikolu kif ukoll fil-politika relevanti Ewropea u internazzjonali. Il-konsulenza tagħna toffri appoġġ ppersonalizzat bl-għan li tgħinek takkwista l-informazjoni utli u indespensabli b’mod effiċjenti sabiex inti tkun tista tieħu l-aħjar deċiżjonijiet għall-attivitajiet agrikoli u għan-negozju tiegħek fit-tul.