L-istorja tagħna
Il-Konsulenza ‘The Green Hand Ltd.’ twaqqfet f’Malta fl-2024 bl-objettiv ewlieni li tipprovdi assistenza u pariri lill-atturi fis-settur agrikolu u rurali speċjalment dwar dak li jinvolvi l-politika agrikola kommuni ta’ l-Unjoni Ewropea.
The Green Hand hija wkoll preżenti fil-Belġju u fi Franza fejn hija attiva fil-qasam tal-ġestjoni ta’ l-art agrikola u foresti kif ukoll fil-konsulenza.
Gaspar, Fundatur u Direttur
Id-Direttur tagħna huwa responsabbli għall-ġestjoni ta’ l-art, l-iżvilupp tan-negozju u politika agrikola. Huwa jmexxi l-portafolli ta' klijenti tagħna fil-Belġju, Franza u Malta.
Huwa għandu sfond akkademiku fix-Xjenzi Politiċi u huwa speċjalizzat fil-Ġestjoni, in-Negozju Internazzjonali kif ukoll fil-Ġestjoni Agrikola.
Qabel ma waqqaf The Green Hand, huwa ħadem għal kumpanija privata, f'Rappreżentanza Permanenti u f'diversi Missjonijiet għall-Unjoni Ewropea.
Huwa jitkellem bl-Ingliż, bil-Franċiż, bl-Olandiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan.
Angela, Research & Liaison Officer
Ir-Research & Liaison Officer hija responsabbli għall-affarijiet pubbliċi, komunikazzjoni u xogħol relatat mal-politika Ewropea. Hija tikkoordina l-portafoll ta' klijenti Maltin tagħna.
L-isfond akkademiku tagħha huwa fir-Relazzjonijiet Internazzjonali, l-Istudji Ewropej, u l-Antropoloġija u l-Iżvilupp.
Qabel ma ngħaqdet ma' The Green Hand, hija wettqet traineeships ma NGOs, fil-Kummissjoni Ewropea u fl-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) fil-qasam tas-sigurtà ta’ l-ikel. Ħadmet ukoll għal Missjoni għall-Unjoni Ewropea.
Hi titkellem bil-Malti, bl-Ingliż u bil-Franċiż.