Servizzi li noffru
Għajnuna rigward finanzjament mill-unjoni ewropea u opportunitajiet ta’ Offerti (tenders)
Opportunitajiet ta’ finanzjament lill-individwi u entitajiet huma pprovduti mill-livell Ewropew. Dawn il-fondi jistgħu jkunu ta’ għajnuna għalik biex tkun tista tiżviluppa l-attivitajiet tan-negozzju tiegħek u tfassal proġetti ġodda.
The Green Hand issegwi dan għall-klijenti kif ukoll sejħiet għal offerti maħruġin mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tkun tista tilħaq l-objettivi ta’ l-aġenda leġiżlattiva u regolatorja ta’ l-Ewropa.
Il-monitoraġġ speċifiku u personalizzat tagħna jidentifika l-fondi u sejħiet Ewropej differenti li tkun tista’ tibbenefika minnhom.
monitoraġġ regolatorju tal-unjoni ewropea
Huwa essenzjali li tibqa' aġġornat dwar dak li qed isir fuq il-livell Ewropew inkluż il-proċessi ta' regolamenti minħabba li dawn jiġu implimentati fuq livelli nazzjonali kif ukoll reġjonali u lokali mill-istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
The Green Hand twettaq monitoraġġ personalizzat u speċifiku ta’ l-iżviluppi Ewropej kif ukoll tal-leġislazzjonijiet u negozjati fil-kuntest ta’ l-attivitajiet u interessi tiegħek.
rappreżentanza tal-interessi u l-iżvilupp tan-netwerks
In-netwerking, ir-rappreżentanza ta’ l-interessi u l-influwenza fuq l-aġenda leġiżlattiva u regolatorja fi Brussell jistgħu jkunu utli ħafna għal għadd ta' raġunijiet.
The Green Hand takkumpanjak biex tifhem u tieħu sehem attive fil-livell Ewropew fl-aħjar interessi tiegħek u dawk tas-settur tiegħek.
L-immappjar tagħna jippermetti lill-klijenti tagħna jidentifikaw preċiżament atturi u entitajiet Ewropej li huma rilevanti biex jespandu n-netwerk professjonali tagħhom.
pariri u studji
Is-settur agrikolu huwa speċifiku ħafna.
Agriculture and forestry are very specific sectors. Il-parteċipazzjoni fi kwalunkwe dibattitu fuq il-livell Ewropew dwar politiki relatati mas-settur teħtieġ ċerta għarfien espert.
Peress li diġà għandna esperjenza prattika u diretta f'dan il-livell, inkunu nistgħu niggwidawk u ngħinuk direttament u personalment.
Studju komparattiv jista' pereżempju jkun utli ħafna biex ikun magħruf x'jista' jinbidel jew jittejjeb.